L-impjegati ta’ AX Hotels f’attivitajiet li jibnuhom bħala tim

Id-diretturi ta’ AX Hotels flimkien mal-maniġment organizzaw ġurnata sħiħa mimlija attivitajiet għall-istaff tal-lukandi tagħhom bil-għan li l-istaff jingħaqad iktar u jissaħħaħ l-ispirtu ta’ tim.
Membri tal-istaff mil-lukandi The Palace, The Victoria Hotel, Seashells Resort at Suncrest u Sunny Coast Resort & Spa, ħadu sehem fl-attività li tmexxiet mill-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani.