L-impjant tal-Wasteserv lura għan-normal wara nirien

L-impjant tal-Wasteserve qed jaħdem b’mod normali wara li ġie kompletament mitfi min-nirien li ħakmu l-impjant fil-Magħtab kmieni lbieraħ filgħodu. Dan ħabbritu fi stqarrija maħruġa dalgħodu.

Il-kumpanija rringrazzjat lill-ħaddiema tagħha li ħadmu ma’ dawk tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex kull inkonvenjent jiġi eliminat fl-iqsar żmien possibbli.

Intant, ilbieraħ filgħaxija l-Awtorità tas-Saħħa avżat lill-pubbliku biex jaħsel il-frott u l-ħaxix qabel ma’ jieklu minħabba n-nar li kien hemm fil-Magħtab. Enfasizzat il-messaġġ għall-pubbliku dwar il-bżonn li jaħsel il-frott u l-ħaxix qabel il-konsum, l-ipproċessar, jew it-tisjir. Dan minħabba depożitu ta’ materjal maħruq fuq xi uċuh tar-raba’ fiż-żoni affettwati.