L-impjant tal-qajjenza dekummissjonat

L-operat tal-impjant antik tal-ħażna u l-mili tal-gass tal-Enemalta fil-Qajjenza, li kien ilu jopera sa mill-1959, kien dekummissjonat uffiċjalment wara proċess ta’ dekontaminazzjoni ssorveljat mill-awtorita’ kompetenti għall-Kontroll ta' Perikli ta' Inċidenti Kbar. L-operat tal-impjant antik tal-ħażna u l-mili tal-gass tal-Enemalta fil-Qajjenza, li kien ilu jopera sa mill-1959, kien dekummissjonat uffiċjalment wara proċess ta’ dekontaminazzjoni ssorveljat mill-awtorita’ kompetenti għall-Kontroll ta' Perikli ta' Inċidenti Kbar. 

      Fl-2008, l-Enemalta u Gasco Energy Ltd, iffirmaw ftehim li ppermetta lill-Enemalta tittrasferixxi l-immaniġġjar u l-operat tagħha li jirrigwardaw lil-LPG lil Gasco Energy Ltd u Liquigas Malta Ltd.  

      Wara li laħqet l-obbligi mniżżla fit-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dan il-ftehim, fi żmien sentejn,  Gasco Energy bniet faċilita’ ġdida biċ-ċertifikati kollha meħtieġa għall-mili u l-ħażna tal-LPG          f’Bengħajsa, b’investment ta’ €20 miljun.

      L-impjant ġdid għall-ħażna u l-mili tnieda uffiċjalment f’Novembru li għadda u jirrispetta l-kriterji esiġenti tal-Unjoni Ewropa kif stabbiliti fid-Direttivi ta’ Seveso II.

     Wara li bdiet topera l-faċilita’ ġdida tal-LPG ta’ Gasco Energy, beda x-xogħol biex l-impjant tal-Qajjenza jkun dekummissjonat, wara li kien waqaf jopera f’Lulju tal-2012.

     Meta ħarġu r-riżultati tal-analiżi tal-kwalita’ tal-arja li saru fuq it-tankijiet tal-ħażna fil-Qajjenza, li wrew li ma kien hemm l-ebda traċċa ta’ materjal li jista’ jaqbad, l-awtorita’ kompetenti iċċertifikat is-sit bħala ħieles mill-gass. Is-sit se jkompli jkun immonitorjat mill-awtorita’ sa ma jitneħħew it-tankijiet vojta u tagħmir anċillari kollu.