L-impeachment ta’ Trump quddiem is-Senat

L-ispeaker Nancy Pelosi waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-15 ta' Jannar 2020

Read in English.

Il-Kamra tar-rappreżentanti Amerikana għaddiet id-dokumentazzjoni għat-tneħħija mill-poter tal-President Donald Trump – l-impeachment – lis-Senat. 

Pass li kien mistenni peress li l-Kamra hi dominata mill-partit avversarju ta’ Trump, il-Partit Demokratiku. Il-vot kien għadda x-xahar li għadda.

Id-dokumentazzjoni kienet iffirmata mill-Ispeaker tal-Kamra, Nancy Pelosi, li mexxiet il-ħidma għall-impeachment ta’ Trump.

Din hi biss it-tielet darba fl-istorja Amerikan li sar pass simili kontra President tal-pajjiż.

Issa se jkun imiss lis-Senat, li hu dominat mir-Repubblikani ta’ Trump, jiddeċiedi jekk jipproċedi u bħala konsegwenza jitneħħa mill-poter Trump. Proċess li mistenni jibda nhar it-Tlieta u li l-indikazzjonijiet huma li r-Repubbklikani se jappoġġjaw lil Trump.

Trump qed ikun akkużat li abbuza mill-poter u fixkel il-ħidma tal-Kungress Amerikan – il-Kamra tar-Rappreżentanti u s-Senat.