L-Imnieħru miet b’attakk tal-qalb

L-Imnieħru miet b’attakk tal-qalb u mhux minn tiri t’arma tan-nar.
Żewġ esperti mediċi qalu fil-qorti li ż-żewġ feriti f’ras Mario Camilleri l-Imnieħru, kienu qodma, hekk kif kien diġa’ beda jitrabba l-laħam madwarhom, u li ma kienx hemm evidenza li ssemmgħu xi tiri fil-qrib.
L-esperti qalu li ntlaqat minn bullet, iżda din ma qatlitux. Dan irriżulta mit-tieni awtopsja li saret fuq Mario Camilleri.
Skont l-istorja medika ta’ Camilleri, hu kien ibati minn uġigħ f’sidru u pressjoni għolja fid-demm, u li żar l-isptar f’diversi okkażjonijiet.
Wieħed mill-esperti, Dr Mario Scerri, qal li l-mewt ta’ ibnu Mario kienet kawża ta’ telf ta’ demm minħabba l-ġrieħi li sofra minn daqqiet f’rasu, daqqiet ta’ sikkina u żewġ tiri.
L-esperti xehdu fil-kompilazzjoni fil-każ kontra Jason Galea ta’ 40 sena minn Birżebbuġa u George Galea ta’ 42 sena minn San Ġiljan.
Huma qed jiċħdu li qatlu lill-Imnieħru u lill-ibnu Mario ta’ 21 sena.
Iż-żewġ katavri nstabu midfunin f’għalqa fil-Qajjenza f'Lulju tal-2013.