L-immigrazzjoni u s-sigurtà marittima b’aktar koperazzjoni mil-Libja

Mistennija aktar koperazzjoni bejn Malta u l-Libja fis-setturi tal-immigrazzjoni u s-sigurtà marittima hekk kif ilbieraħ kien iffirmat memorandum of understanding.
L-iffirmar ta’ dan il-memorandum sar mill-Ministru għall-Intern Manuel Mallia u l-Ministru għall-Intern Libjan.
Iż-żewġ pajjiżi urew l-intenzjoni li tingħata għajnuna reċiproka fit-taħriġ filwaqt li jkun hemm qsim ta’ informazzjoni u esperjenza bejn iż-żewġ naħat.