“L-immigrazzjoni l-aqwa ħaġa li tista’ tiġri” – Nas Daily wara li ġie attakkat f’Malta

Waqt li jinsab f’Malta, Nas Daily, il-blogger popolari fuq Facebook qal li l-immigrazzjoni hija l-aqwa ħaġa li tista’ tiġri kemm f’Malta u anki fid-dinja.
Fil-filmat tal-lum, Nas Daily jippubblika filmati li juru l-attakkat minn immigrant ieħor f’ħanut f’Malta. Jgħid li r-raġel li attakkah kien viżibilment xurban iżda jkompli l-filmat b’lezzjoni għal kulħadd.
Huwa juri l-esperjenzi sbieħ li kellu mal-immigranti f’postijiet differenti li żar s’issa, inkluż dawk f’Malta.
Fost l-affarijiet pożittivi li jsemmi dwar l-imigranti f’Malta, Nas jgħid li huma involuti fis-settur tal-kostruzzjoni billi jibnu d-djar, fl-industrija tal-ikel u l-lukandi billi jservu l-ikel, fis-saħħa bħala infermiera u carers u anki bħala żviluppaturi tas-software li nużaw fil-kompjuters.
Jirrakkonta kif waqt li kien qiegħed jixtri minn ħanut tat-telefonija f’Malta, mar fuqu persuna ta’ nazzjonalità Libjana u nfexx f’tgħajjir b’lingwaġġ iebes u jipponta subgħajh lejh. Wasal anki biex kien se jagħti bil-ponn.
Tista’ tara l-filmat sħiħ hawnhekk: