Read in English.
Huwa stmat li qabel il-Covid-19 kważi 20% tal-popolazzjoni f’Malta kienu barranin. Dan bżonn jew saħta? Malta full up tassew, jew full up biss għar-refuġjati waqt li immigranti oħra hawn post għalihom? Il-fatt li hawn tant persuni minn pajjiżi oħra jfisser li aħna ħa nitilfu l-identità tagħna u mhux se nibqgħu nintgħarfu minn popli oħra?
Is-Sibt fl-10am fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart, Prof. Andrew Azzopardi jiddiskuti dan u aktar waqt il-programm Andrew Azzopardi on 103.
Fil-programm, fost oħrajn, jieħdu sehem: il-preżentatur Peppi Azzopardi, l-antropologa Dr Rachel Scicluna, Adriano Spiteri minn Imperium Europa, Dr Francois Mifsud, l-istatistiku Dr Vincent Marmara u oħrajn.
Tieħu sehem ukoll Stephanie Abood li tirrakkonta l-istorja tagħha fi żwieġ ma’ barrani.
Andrew Azzopardi on 103 jixxandar is-Sibt bejn l-10am u nofsinhar.