Ixxukkjati b’dan ir-ritratt ta’ missier u bintu – UNHCR

The bodies of Salvadorian migrant Oscar Alberto Martinez Ramirez and his daughter Valeria are seen after they drowned in the Rio Bravo river while trying to reach the United States, in Matamoros, in Tamaulipas state, Mexico June 24, 2019. REUTERS/Stringer

Ritratt ta’ raġel u bintu li għerqu fil-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku qed idur fuq il-midja soċjali. Il-Kummissarju tan-Nazzjonijiet Magħquda għar-Refuġjati sostna li huma tilfu ħajjithom għax ma ngħatawx il-protezzjoni li suppost huma intitolati għaliha taħt liġi internazzjonali.

l-Aġenzija tar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda stqarret li tinsab ixxukkjata immens li rat dan ir-ritratt ta’ Oscar Alberto Martinez Ramirez, u t-tifla tiegħu Valerina li kellha inqas minn sentejn, mejtin fix-xmara jisimha Rio Grande.

Ir-ritratt, li dar ħafna ma’ siti ta’ midja soċjali, juri t-tnejn wiċċhom l-isfel mal-art max-xatt tal-ixmara. Hu apparentament kien ġebbed il-flokk tiegħu biex iġorrha f’qisha braga għat-trabi, u rashom qiegħdin imgeddsin ħdejn ta’ xulxin. Ix-xorts aħmar tagħha minfuħ b’ħarqa mimlija ilma. Allegatament, il-missier prova jaqsam ix-xmara ma bintu għax il-familja ma setgħetx tippreżenta ruħha lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti biex issaqsi għall-ażil.