L-immigranti jgħajtu għall-ħelsien fiċ-Ċentru tal-Marsa

Read in English.

Għadd ta’ immigranti nġabru fiċ-Ċentru tal-Marsa u bdew jgħajtu għall-ħelsien.

Fuq il-post kien hemm ambulanza u xi uffiċjali tal-pulizija. Però, jidher li ħadd ma weġġa’.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li ma kienx hemm arresti.

L-għajjat beda wara nofinshar u sal-4pm kollox reġa’ lura għall-kwiet.