Read in English.
Tliet għaqdiet Maltin kitbu lill-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Interni Ylva Johansson biex jinfurmawha dwar is-sitwazzjoni tal-persuni li jinsabu fuq id-dgħajjes li nkrew biex iżommu lill-immigranti ‘l barra mix-xtut Maltin.
Fl-ittra, JRS Malta, Integra Foundation u aditus foundation qalu li d-dgħajjes li nkrew mhumiex addattati biex iżommu lil dawn il-persuni fit-tul u għaldaqstant huma esprimew it-tħassib serju u urġenti għal mod kif dawn il-persuni qed jiġu trattati.
Iż-żewġ dgħajjes li bħalissa qed jintużaw għal dan l-iskop huma Europa II u Atlantis, li t-tnejn huma tal-kumpanija Captain Morgan.
Kif żvela Newsbook.com.mt, l-għaqdiet qalu wkoll li ċ-ċertifikat tad-dgħajjes japplika meta dawn joperaw sa tliet mili nawtiċi ‘l barra mill-art u f’kundizzjonijiet favorevoli tat-temp iżda jidher li dawn qed jinżammu madwar 13-il mil nawtiku ‘l barra.
L-għaqdiet spjegaw ukoll il-kunsiderazzjonijiet legali tagħhom u jisħqu li d-diffikultajiet li għandha Malta ma jfissirx li jiġu injorati l-obbligi internazzjonali u umanitarji li għandu l-istat Malti.
Aqra l-ittra hawnhekk: