L-Imħallef Xuereb innominat għall-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja

Il-Gvern qal li se jinnomina lill-Imħallef Peter G. Xuereb sabiex iservi fil-kariga ta’ Mħallef fuq il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
Dan ħabbru fi stqarrija l-Ministeru għall-Ġustizzja qabel ma jispiċċa t-terminu tal-Imħallef Anthony Borg Barthet din is-sena, li kien ilu jservi f’din il-kariga sa mill-2004.
Fl-istess stqarrija ntqal li issa mistenni jibda l-proċess t’approvazzjoni tan-nomina minn entitajiet konċernati u jekk tiġi approvata l-kariga tal-Imħallef Xuereb tidħol fis-seħħ f’Ottubru sal-2024.
Fl-eventwalità li tiġi aċċettata din il-kariga ġdida, il-Gvern se jinnomina persuna oħra sabiex tieħu l-kariga li għandu l-Imħallef Xuereb bħalissa fuq il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.