L-Imħallef Schembri Orland eletta fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet Umani

DOI - Martin Attard

L-Imħallef Lorraine Schembri Orland ġiet eletta bħala imħallef għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani.

Fi stqarrija, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) qal li Schembri Orland ġabet il-maġġoranza assoluta tal-voti. Hi ġiet eletta għal terminu ta’ disa’ snin li se jibda mill-20 ta’ Settembru 2019.

L-imħallfin huma eletti mill-PACE minn lista ta’ tliet kandidati nnominati minn kull stat li rratifika l-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet Umani.

Il-kandidati ta’ Malta kienu l-Assistent Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg, l-Imħallef Lofaro Abigail, u l-Imħallef Lorraine Schembri Orland. Dawn akkwistaw 21, 64, u 89 voti rispettivament. Minn 188 membri li vvutaw, 14 ħassru l-vot jew ħallewh vojt.

Schembri Orland qalet li se tkun qed tgħix fi Strasburgu b’mod permanenti.