L-Imħallef Magri jsostni li ħadd ma huwa jostakolah fl-inkjesta dwar iċ-ċimiterji

L-Imħallef Albert Magri qed jiddikjara li ħadd ma ostakolah b’xi mod fil-qadi ta’ dmirijietu waqt l-inkjesta li qed imexxi dwar nuqqasijiet fiċ-ċimiterju tal-Addolorata u ċimiterji oħra tal-Gvern.
L-Imħallef Magri qal dan fi stqarrija wara dikjarazzjonijiet li saru dwar l-inkjesta.
Fl-istqarrija huwa appella għall-kawtela biex l-inkjesta tkun tista’ ssir b’serenità.
Il-bord tal-inkjesta qed jistieden lill-pubbliku li b’xi mod ħassew aggravati b’aġir tal-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa fiċ-ċimiterju tal-Addolorata jew ċimiterji oħra biex mhux aktar tard mit-2 ta’ Frar li ġej jibgħatu d-dettalji tagħhom lis-Segretarja tal-Bord tal-Inkjesta dwar nuqqasijiet fl-Addolorata fil-Qrati Ċivili u Tribunali il-Belt Valletta.