“L-imħabba m’għandhiex età” – Massimo Boldi

L-attur komiku Taljan Massimo Boldi ippreżenta uffiċjalment fuq l-istazzjon Nazzjonai Taljan, l-għarusa ġdida tiegħu, Irene Federica Fornaciari, li minkejja kunjomha, ma tiġix mill-kantant Zucchero.

Waqt il-programm Italia Si ppreżentat minn Marco Liorni fuq Rai Uno, Boldi li għandu 74 sena, tkellem kif wara snin twal ta’ solitudni wara l-mewt tal-mara tiegħu Maria Teresa Sele fl-2004, hu fl-aħħar sab l-imħabba.

Kollox ġara b’kumbinazzjoni waqt vjaġġ bil-ferrovija f’Novembru tal-2018. Il-komiku Taljan iħoss li Irene qed timla’ l-vojt li ħalliet martu 15-il sena ilu.

Ħafna però huma dawk li rrimarkaw fuq id-differenza fl-età ta’ bejn dawn it-tnejn peress li Irene hija 34 sena iżgħar minnu.

Fuq il-midja soċjali bosta kienu dawk li rrimarkaw li Irene qed tapprofitta ruħha minnu minħabba fi flusu iżda l-fatti juru li Irene tmexxi negozju tal-ġojjellerija f’Lucca.

Boldi saħaq li s-sena 2019 kienet waħda importanti għalih għax reġa’ skopra xi tfisser li tħobb.

“L-imħabba m’għandhix età,” saħaq hu waqt il-programm televiżiv.