L-imħabba artistika lejn Għawdex tinbidel f’għan nobbli

12-il artist li għandhom rabta m’Għawdex ingħaqdu flimkien biex jgħinu lill-Fondazzoni Inspire. Dawn qed joffru biċċiet tal-arti oriġinali biex il-qliegħ li jsir mill-bejgħ tagħhom, jintuża biex jiffinanzja l-programmi u s-servizzi ta’ diżabilità tal-Inspire

L-artisti huma Pawl Carbonaro, Debbie Caruana Dingli, James Vella Clark, Rachel Galea, Celia Borg Cardona, Julian Calabrese, George Scicluna, Tonio Mallia, Henry Alamango, Galina Troizky, Marisa Attard  u Mark Sagona.

L-artisti qalu li qed jingħaqdu flimkien biex jippreżentaw esperjenza ta’ arti, li ser tagħmel differenza fil-ħajja ta’ persuni li l-aktar għandhom bżonn.

Il-pitturi tagħhom jinsabu għall-wiri fil-Banca Giuratale fir-Rabat Għawdex u jidhru wkoll fuq www.inspire.org.mt.

Illum l-Inspire tgħin aktar minn 1,000 individwu b’diversi diżbilitajiet li jvarjaw minn Down syndrome, Awtiżmu, Cerebral Palsy u oħrajn.