L-imġiba tal-ġenituri mal-ulied fost il-korsijiet ta’ formazzjoni f’Għawdex

Il-Kummissjoni Djoċesana Familja qed torganizza korsijiet ta’ formazzjoni għall-familja f’Għawdex, li se jibdew aktar tard dan ix-xahar.
B’kollox hemm tliet korsijiet ta’ 36 siegħa ‘l wieħed, fosthom dwar kif il-koppja ġġib ruħha ma’ uliedha, ieħor dwar iż-żwieġ bħala sagrament u l-liġi taż-żwieġ u ieħor dwar it-tmexxija ta’ grupp.
Il-korsijiet se jsiru bejn it-Tnejn 29 ta’ Ġunju u s-Sibt 11 ta’ Lulju, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-6pm u d-9pm, u s-Sibt bejn id-9am u nofsinhar.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sa nhar il-Ħamis 25 ta’ Ġunju, fil-Kummissjoni Djoċesana Familja, Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu II, Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat Għawdex.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 21556513 jew jibgħat imejl fuq kdfgozo@gmail.com.m