‘L-imbarazz li naddfu minn darhom niżżluh Wied Qirda’

Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ ilmenta dwar persuni li xerrdu l-iskart tagħhom madwar Wied Qirda.

Fuq Facebook il-Kunsill qal li persuni mhux magħrufa ħasbu li tkun idea tajba li “l-imbarazz li jnaddfu minn darhom, jinżlu bih Wied Qirda u jwaddbuh hemm.”

L-isktart eventwalment inġabar mill-Kunsill.

Il-Kunsill fakkar li kull kunsill lokali joffri servizz ta’ ġbir ta’ skart goff minn wara l-bibien tad-djar. Dan is-servizz huwa b’xejn.

Persuni mhux magħrufa dehrilhom li idea tajba li l-imbarazz li jnaddfu minn darhom, jinżlu bih Wied Qirda u jwaddbuh…

Posted by Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ on Wednesday, July 22, 2020