​L-Imam jikkundanna l-attakki f’Barċellona

L-Imam Mohammed Elsadi kkundanna l-attakki terroristiċi f’Barċellona.
Huwa qal li dawn l-attakki huma atti kriminali u sataniċi magħmula mill-kriminali tal-ISIS.
Spjega li l-vittmi tal-attakki kienu ġejjin minn pajjiżi Musulmani u qal li għall-kuntrarju ta’ dak li jingħad, it-terroristi tal-ISIS ma jirrappreżentawx l-Iżlam. 
Saħaq li l-vittmi ewlenin tal-ISIS huma l-Musulmani u huma għedewwa tal-Iżlam.
Huwa rringrazzja lil Malta u lill-pajjiżi Ewropej għall-ospitalità u l-ġenerożità li wrew mal-Musulmani u appella biex l-Musulmani ma jiġux iġġudikati fuq dawn l-azzjonijiet tal-kriminali.
L-Imam wera solidarjetà mal-familji tal-vittmi fi Spanja.