Awdjo: L-Imam jikkonferma interess f’art qrib tal-Moskea għall-bini ta’ skola

Il-World Islamic Society uriet interess mad-Dipartiment tal-Artijiet biex l-art li tinsab wara l-Moskea f’Raħal Ġdid tiġi żviluppata fi skola sekondarja.

Dan ikkonfermah l-Imam Mohamed El Sadi f’kumment ma’ newsbook fejn qal li ħames snin ilu saret applikazzjoni mal-MEPA u d-Dipartiment tal-Artijiet biex titkabbar l-iskola Miriam Al Baltool.

Kif qal l-Imam, il-pass li jmiss hu li l-Gvern jagħti l-art imsemmija lill-World Islamic Society. Kelliem għad-Dipartiment tal-Artijiet qal illi peress li issa l-permess tal-bini mill-MEPA għal estensjoni tal-iskola ħareġ, il-Gvern se jkun qiegħed jikkonsidra li jgħaddilhom din l-art.

Il-proġett jikkonsisti fil-bini ta’ skola sekondarja, gym, u parkeġġ taħt l-art. Huwa ippjanat li l-iskola se tkun mibnija fuq tlett sulari f’żona ta 1,500 metru kwadru. Arranġamenti simili kienu mwegħda wkoll mill-Gvern preċedenti