L-ilma tal-EcoPure lura fis-suq

EcoPure Limited tavża li l-ilma tagħha fil-kontenituri ta’ 10 litri u 18.9 litri reġgħu jinsabu għall-bejgħ.
Fi stqarrija l-Kumpanija Farsons qalet li rranġat il-ħsara li kien hemm fl-impjant li fih jimtlew il-kontenituri.
Minħabba din il-ħsara fil-jiem li għaddew ġie affettwat l-ilma u kellha tiġbor lura wħud mill-kontenituri.
Żiedet tgħid li sa nhar it-Tnejn li ġej id-distribuzzjoni tal-kontenituri tal-ilma se tkun imqassma kollha.