L-iljuni jiħduha “easy”

F’dawn iż-żminijiet tal-lockdown diġà rajna l-mogħoż fit-toroq ta’ Wales, il-ħnieżer slavaġ f’dawk Taljani u issa qed jaraw anki l-iljuni fl-Afrika ta’ Isfel jiħduha easy u jinxteħtu jorqdu u jilagħqu x-xemx f’toroq li s-soltu jkunu nvażati bit-traffiku.

Ritratti li dehru fuq il-midja soċjali juru grupp ta’ ljuni fil-kwiet u fi-paċi issa li l-umani jinsabu msakkra fi djarhom. Tant kienu relaxed dawn l-annimali li meta l-fotografu resaq lejhom lanqas biss taw kasu.

F’ġurnata normali l-Kempiana Contractual Park ikun mimli turisti biex jaraw lil dawn l-annimali.  Iżda l-post ingħalaq fil-25 ta’ Mejju meta l-Afrika ta’ Isfel ingħalqet f’lockdown biex tikkumbatti l-imxija tal-pandemija.