L-iljunfant Raju jinħeles wara 50 sena ta’ abbuż

Fl-Indja, iljunfant li kien ilu 50 sena maqful u abbużat minn raġel li kellu l-vizzju tad-droga nħeles.
L-iljunfant, Raju, kien ilu jiġi msawwat u jitħalla bil-ġuħ minn mindu kien maqbud meta kien għadu ċkejken. Sidu kien iħallih bil-ġuħ u l-iljunfant kien jispiċċa jiekol il-karti u plastik.
L-annimal ġgantesk qed isofri minn ġrieħi gravi f’siequ b’kawża tal-ktajjen li kien marbut bihom. Il-ħelsien ta’ Raju waslet permezz ta’ ordni mill-Qorti f’Uttar Pradesh.