L-iljunfant li jġib ruħu ta’ ġiraffa

L-iljunfant f’dan ir-ritratt jidher juża moħħu sabiex jogħla fuq saqajh ta’ wara u jilħaq l-ikel li soltu jilħquh biss il-ġiraffi.

Ix-xena żvolġiet fil-Kruger National Park fl-Afrika t-Isfel u turi l-aġġiltà ta’ din il-kreatura enormi.

Din l-imġiba tal-iljunfant jogħla fuq saqajh, normalment tintwera fiċ-ċirku u rari tidher fl-ambjent naturali tagħhom.

Nies li raw ix-xena qalu li l-iljunfant deher jersaq taħt is-siġra, xammha sew u bil-galbu kollu għola fuq saqajh ta’ wara biex jiġbed il-weraq għall-ikel.