L-iljun taċ-Cisk ikompli jikber fi Sqallija

Farsons kompliet twessa’ s-swieqi tagħha fi Sqallija, hekk kif laqgħet lill-aġent il-ġdid tagħha fi Sqallija, kif ukoll lil distributuri oħra attwali u oħrajn interessati fil-birra Maltija famuża.
Bħalissa l-birrerija qed tiffoka fuq aktar tipi differenti ta’ prodotti kif ukoll fil-mod kif jiġu ppreżentati f’pakketti jew fliexken.
Il-Kap tan-Negozju Internazzjonali għall-Ewropa fi ħdan Farsons, Peter Mercieca, qal li bis-saħħa ta' dil-ħatra tal-aġent u distributuri oħra, il-kumpanija tista’ timmira aktar fil-bogħod.
Fir-ritratt: Giuseppe Pistone, l-aġent maħtur minn Farsons għar-reġjun ta’ Sqallija (fir-ringiela ta’ quddiem, it-tieni mil-lemin), flimkien mal-grupp ta’ distributuri ġodda potenzjali ta’ Farsons għall-istess reġjun, mat-tim tal-esportazzjoni ta’ Farsons: Marco Debono (it-tieni ringiela, fuq il-lemin), Peter Mercieca (ir-ringiela ta’ wara, fuq ix-xellug) u Michael Farrugia (it-tieni ringiela, fuq ix-xellug).