L-ilbies tal-maskra fil-pubbliku jsiru mandatorju fi Franza

Pixabay

L-ilbies tal-maskra fil-pubbliku issa sar mandatorju f’Pariġi u numru ta’ żoni oħra fil-madwar. Dan minħabba żieda fil-każi tal-coronavirus fi Franza.

Dan il-pass ġie jum wara li l-pajjiż irreġistra 6,111-il infezzjoni ġdida. Dan huwa l-akbr għadd f’jum wieħed minn Mejju li għadda. In-numru ta’ “żoni ħomor” fejn il-virus qed jinfirex fil-pajjiż żdied minn tnejn għal 21.

Hu u jħabbar miżuri lokali biex titnaqqas il-firxa l-Ħamis, il-Prim Ministru Franċiż Jean Xastex qal li jrid jra li ma jkunx hemm bżonn lockdown ġenerali ieħor. Qal li l-coronavirus reġa’ qed jinfirex fi Franza u li jekk il-gvern ma jaġixxix f’ħinu u f’waqtu, il-firxa tal-infezzjonijiet tista’ tkun waħda esponenzjali.

Minkejja ż-żieda fil-każi fl-aħħar ġimgħat, ir-rata ta’ mwiet baqgħet waħda baxxa. S’issa fi Franza mietu 30,500 persuna u mat-300,000 persuna ħarġu pożittivi għall-virus.