“Ta’ diżrispett l-ilbies protettiv fil-funerali tal-vittmi tal-Covid-19”

Read in English.

L-eks Supretendent tas-Saħħa Ray Busuttil f’kitba fuq Facebook qal li huwa ta’ diżrispett lejn il-vittmi li jmutu bil-Covid-19 jekk dawk li jġorru t-tebut ikunu lebsin l-ilbies protettiv (PPE).

Huwa qal li mhux biss joħloq diżrispett, iżda anke stigma, u hija xi ħaġa degradanti għall-persuna li mietet bil-Covid-19 kif ukoll weġgħa kbira għall-qraba tagħhom. Żied li dan l-ilbies ifisser biss aktar ħlas għall-kummissjonant tal-funerali.

Busuttil insista li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) fir-rakkomandazzjonijiet tagħha tgħid li jekk il-vittma fit-tebut tkun ġo borża ssiġillata apposta, bħalma jiġri f’Malta, mela m’hemmx ħtieġa li jintlibes ilbies protettiv ħlief maskra, li hi obbligatorja li tintlibes minn kulħadd fil-pubbliku. Qal li m’hemmx bżonn li t-tebut ikun imgeżwer f’borża u mgħotti b’liżar.

Huwa appella lill-Aworitajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu dan “iċ-ċirku morbidu.”

I am not one to comment on public health issues but I cannot resist not commenting on this.The picture below was taken…

Posted by Ray Busuttil on Monday, November 2, 2020

Illum ġie rreġistrat numru rekord ta’ każijiet pożittivi għall-Covid-19 f’Malta.