L-iktar ‘Tweet’ popolari

Eżatt qabel ma tħabbar ir-riżultat uffiċjali tal-elezzjoni Prezidenzjali fl-Amerika, Barak Obama iddikjara r-rebħa tiegħu fuq Twitter bil-kliem “Four More Years”.

Dan kien l-iktar ‘Tweet’ popolari sa issa wara xi kummenti tal-kantant Justin Bieber.

Mal-kumment kien hemm ritratt ta’ Obama jgħannaq lil-martu. Fuq il-paġna Facebook, l-istess kumment u ritratt xerrduh 32 miljun persuna.

Permezz ta’ Facebook u Twitter, Obama irringrazzja lin-nies għall-appoġġ li tawħ tul din il kampanja.

Din l-elezzjoni rat l-aktar avveniment ‘Tweetjat’ fl-istorja tal-Amerika b’aktar min wiehed u tletin miljun ‘Tweet’ kienu relatati mal-politika.