L-iktar stessu famuż

L-attriċi Ellen DeGeneres, il-preżentatriċi tas-86 edizzjoni tal-Oscars, fi ftit minuti rnexxielha tikser rekord.

Ritratt jew aħjar stessu, li Ellen DeGeneres ħadet u tefgħet il-lejl li għadda fuq Twitter waqt il-premjazzjoni tal-Oscars, sar l-iktar stessu li ġie retweeted.  

Fir-ritratt jidhru l-atturi: Jennifer Lawrence, Channing Tatum, Meryl Streep, Julia Roberts, DeGeneres, Kevin Spacey, Bradley Cooper, Brad Pitt, Angelina Jolie, Lupita Nyong'o u ħuwha.

DeGeneres tefgħet l-istessu fuq il-profil tagħhha ta’ Twitter u taħt kitbet: “Li kieku id Bradley kienet ftit itwal.  L-aqwa ritratt #oscars”

Siegħa wara, ir-ritratt ġie retweeted iktar minn miljun darba. Sakemm spiċċaw l-Oscars, ir-ritratt kien ġie shared maż-żewġ miljun darba.  Jidher li għal ċertu ħin waqgħet ukoll il-websajt ta’ Twitter.

L-istessu ta’ DeGeneres kiser ir-rekord tal-President Barack Obama meta f’Novembru 2012, kien tella’ ritratt bil-kitba “Erba’ snin oħra”.