L-iktar familji sinjuri fl-Ingilterra għandhom ġid daqs 12-il miljun Ingliż li jgħix fil-faqar

L-iktar ħames familji sinjuri fir-Renju Unit għandhom aktar flus mill-familji kollha f’daqqa li jiffurmaw il-5% tal-popolazzjoni li hija meqjusa fqira. Skont riċerka fir-Renju Unit, l-iktar familji sinjuri għandhom aktar flus mit-12-il miljun ruħ li jgħixu kważi fil-faqar.

L-iktar familja sinjura hija l-Grovesnors, iġifieri l-familja tad-Duka ta’ Westminster, bil-kont il-bank ilaħħaq mat-8 biljun sterlina u għandu art li tammonta għal 190 ettaru.