L-iktar familja numeruża fir-Renju Unit tkompli tikber

Il-familja l-iktar numeruża fir-Renju Unit se tkompli tikber.
Sue u Noel Radford, it-tnejn fl-erbgħinijiet, ħabbru li se jkollhom id-19-il wild tagħhom.
Il-ġurnali fl-Ingilterra qasmu l-ferħ tal-koppja u rrimarkaw li l-familja Radford jirnexxielha tgħix mingħajr ma titlob ċenteżmu ta’ għajnuna lill-istat grazzi għax-xogħol tagħhom ta’ furnara.
Il-familja tonfoq kważi €400 fil-ġimgħa fuq ikel u teħtieġ kważi 10 litri kuljum ħalib.