L-iktar biljunarji sinjuri fid-dinja

Skont il-Hurun Global Rich List, id-dinja għandha mill-inqas 1,453 billjunarju, b’madwar nofshom jgħixu fl-Amerika u ċ-Ċina. F’Moska jinstabu l-ikbar numru ta’ biljunarji. Filfatt, 76 biljunarju jgħixu fil-belt Russa. New York tospita 70 biljunarju, Hong Kong tospita 52 u Beijng tospita 41. Fil-ħames post insibu lil belt Ingliża ta’ Londra, b’40 biljunarju jgħixu fiha.

Iċ-Chairman tal-publikazzjoni Hurun Report, Rupert Hoogewerf, qal li huwa stmat li għal kull biljunarju li nstab, mill-inqas żewġ biljunarji ġew maqbuża. Dan ifisser li hawn madwar 4,000 biljunarju fid-dinja. Ir-rapport jgħid li l-Asja għandha l-ikbar ammont ta’ biljunarji b’ 608 individwu. Warajhom hemm l-Amerika ta’ Fuq b’ 440 biljunarju u fit-tielet post insibu lill-Ewropa bi 324 biljunarju. Madanakollu, meta l-istatistika tiġi bbażata fuq il-pajjiżi, fl-ewwel post hemm l-Istati Uniti b’ 409 biljunarju u warajhom iċ-Ċina bi 317-il biljunarju.

Il-ġid personali tal-għaxar biljunarji l-iktar sinjuri fid-dinja jammonta għal $5.5 triljun, li huwa ekwivalenti għal prodott gross domestiku taċ-Ċina.

Il-Hurun Global Rich List tgħid li wieħed minn kull għaxar biljunarji hija mara. Il-lista tkompli tgħid li l-età medja ta’ dawn il-biljunarji hija ta’ 63 sena, imma l-fundaturi ta’ Facebook Mark Zuckerberg u Dustin Moskovitz, li huma l-iżgħar biljunarji li saru bis-saħħa tagħhom, għandhom 28 u 29 sena rispettivament.

L-iktar għaxar biljunarji sinjuri jinsabu fil-lista t’ hawn taħt. Fil-parenteżi hemm miktub in-nazzjonalità, il-kumpanija u l-ġid personali ta’ kull biljunarju.

1. Carlos Slim Helu (Messikan – America Movil – $66 biljun)
2. Warren Buffett (Amerikan – Berkshire Hathaway – $58 biljun)
3. Amancio Ortega (Spanjol – Zara – $55 biljun)
4. Bill Gates (Amerikan – Microsoft – $54 biljun)
5. Bernard Arnault (Franċiż – LVMH – $51 biljun)
6. Larry Ellison (Amerikan – Oracle – $43 biljun)
7. Li Ka-shing (Ċiniż – Cheung Kong – $32 biljun)
8. Charles Koch (Amerikan – Koch Industries – $31 biljun)
8. David Koch (Amerikan – Koch Industries – $31 biljun)
10. Liliane Bettencourt (Franċiz – L’Oreal – $30 biljun)