L-ikla taċ-CHOGM mhux se ssir f’Ħaġar Qim

L-ikla għall-mexxejja taċ-CHOGM li kellha ssir biswit it-tempju ta’ Ħaġar Qim se ssir fix-Xara Lodge fir-Rabat.
L-ikla li se tkun ospitata mill-Prim Ministru Joseph Muscat u kienet pjanata li ssir fit-8pm tal-lejla.
It-temp ħażin li qed jaħkem il-gżejjer Maltin f’dawn il-jiem biddel xi ftit il-programm ta’ attivitajiet għaż-CHOGM.
Fost dawn, iċ-ċerimonja tal-wasla tar-Reġina li kienet pjanata li ssir fi Pjazza San Ġorġ il-Belt saret fil-Palazz ta’ San Anton u l-attivitajiet pjanati li jsiru f’Għawdex tħassru minħabba l-maltemp.