L-ikbar rekord f’xahar mit-twaqqif tal-ajruport

Matul Awwissu li għadda, rekord ta’ aktar minn 500,000 passiġġier għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Dan qed jitqies bħala l-aqwa xahar fl-istorja tal-ajruport.

Meta mqabbel ma’ Awwissu ta’ għaxar snin ilu, fl-għadd ta’ passiġġieri li għaddew mill-ajruport kien hemm żieda ta’ 43% jew ta’ 152,000 passiġġier.

Ir-rekord ta’ passiġġieri f’Awwissu huwa dovut għaż-żieda ta’ 11.2% tas-seat capacity, riflessi minn iżjed rotot u aktar linji tal-ajru.

Passiġġieri mis-suq Taljan irreġistraw żieda ta’ 17.7%, filwaqt li passiġġieri minn Franza u l-Ġermanja żdiedu b’9% u 3.9% rispettivament. L-iżgħar żieda kienet reġistrata minn passiġġieri ġejjin mir-Renju Unit, b’1.1%.

Madanakollu fost il-ħames ajruporti popolari matul Awwissu kien hemm tliet ajruporti fir-Renju Unit.