L-ikbar kollezzjoni tal-Coca Cola f’Malta: 1,801 flixkun

Hekk kif bħalissa, ħafna nies moħħhom biss mill-elezzjoni ġenerali, Jonathan Pace moħħu biss kif se jkompli jkabbar il-kollezzjoni tiegħu tal-fliexken tal-Coca Cola.

Jonathan ilu għal dawn l-aħħar għaxar snin iġemma’ fliexken tal-Coca Cola ta’ kull għamla, daqs u kulur.

Sa ftit jiem ilu, Jonathan kellu 1,801 flixkun tal-Coca, li rnexxielu jġibhom minn kull parti tad-dinja: għandu wieħed mill-ewwel fliexken tal-Coca Cola.

Fil-kollezzjoni, Jonathan għandu fost l-iktar fliexken tal-Coca rari fid-dinja.

Jekk int li qed taqra dan l-artiklu għandek xi tip ta’ kollezzjoni, ibagħat imejl fuq: catherine@newsbook.com.mt