L-ikbar klabb ta’ partitarji Juventini barra mill-Italja jinsab f’Malta!

Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero ġie ppremjat bħala l-ikbar klabb barra mill-Italja waqt il-Club DOC Day li saret dalgħodu fil-Juventus Stadium.
Fil-preżenza ta’ numru ta’ leġġendi ta’ Juventus, waqt laqgħa mmexxija mill-President ta’ Juventus Andrea Agnelli, kif ukoll minn Pavel Nedved u Mariella Scirea, rappreżentanti tal-klabb ingħataw dan ir-rikonoxximent prestiġġjuż.
F’messaġġ qasir tal-okkażjoni, il-President tal-klabb Omar Busuttil irringrazzja lill-membri li mingħajrhom dan is-suċċess ma kienx ikun possibbli.
Suċċess li hu sinifikanti iktar u iktar meta wieħed iqis li nkiseb biss wara erba’ snin ta’ storja tal-klabb.

Intant, il-klabb Juventus Club DOC Vero Amore Malta ukoll ġie ppreżentat b'rikonoxximent bħala l-akbar klabb barrani għall-istaġun li għadda – 2014/15. 
Il-President Joseph Fenech irringrazzja liċ-Centro Cordinamento ta' Juventus FC għal dan l-unur prestiġġjuż u ddedikah lill-membri tal-Club u lil dawk kollha li jaħdmu kontinwament għall-ġid tal-istess organiżżazzjoni.