L-ikbar kaġun ta’ mewt huwa mard relatat mal-qalb u ċ-ċirkolazzjoni

Skont statistika li tixħet dawl fuq is-sena 2012, l-ikbar kawża ta’ mewt f’Malta huwa mard relatat mal-qalb u ċ-ċirkolazzjoni.
Waqt il-konferenza organizzata mill-Hospice Malta dwar il-kura paljattiva, Dr Jurgen Abela spjega li l-kura paljattiva tiffoka mhux fuq il-marda, imma fuq il-persuna. Ilha teżisti bħala kunċett, għal madwar 40 sena. Dr Abela spjega li din il-kura mhix uniformi, għax kull pajjiż jipprovdiha b’mod differenti.

L-istatistika turi ukoll li l-iktar kanċer qattiel f’Malta, kemm fin-nisa u l-irġiel, huwa l-kanċer fil-pulmun.
Jurgen Abela qal li skont studju, in-nuqqas ta’ għarfien dwar meta jista’ jasal xi attakk tal-qalb, iwassal għal nuqqas ta’ komunikazzjoni effettiva.

Fil-preżentazzjoni tiegħu, Dr Abela qal li hemm differenza kbira bejn dawk morda b’kanċer jew dawk li jbatu minn mard tal-qalb. Spjega li l-perspettiva taż-żewġ kundizzjonijiet tvarja ħafna.
Isemma’ kif f’Malta għad hawn nuqqas kbir ta’ informazzjoni u ftit jifhmu eżatt x’jinvolvi mard serju bħal dan.