L-ikbar bomba toqtol 36 suldat tal-ISIS

L-ikbar bomba li għandu l-Istati Uniti, u li waddbet fuq l-Afghanistan, qatlet 36 suldat tal-Istat Iżlamiku.
Minkejja li l-istqarrijiet ma kinux ivverifikati f’mod indipendenti, il-kelliem għall-Ministeru Afgan tad-Difiża, Dawlat Waziri, qal li ebda persuna ċivili ma ntlaqtet.
Waziri kkonferma li nqerdet biss il-bażi li l-militanti jużaw biex iwettqu l-attakki tagħhom.
Din hi l-ewwel darba li l-pajjiż uża l-bomba tat-tip GBU-43/B Massive Ordnance Air Blast Bomba (MOAB).
MOAB ġiet żviluppata waqt il-gwerra tal-Iraq u hi meqjusa bħala l-ikbar bomba mhux nukleari li għandhom l-Istati Uniti.