L-IĠM b’ittra lill-PM biex jinkludi lill-ġurnalisti fil-miżuri

Read in English.

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) stqarr li l-ġurnalisti għandhom inklużi fil-miżuri ekonomiċi li tħabbru dan l-aħħar biex il-ġurnaliżmu jkun protett. Dan qaluh f’ittra mibgħuta lill-Prim Ministru li fiha ntqal li xogħol il-ġurnalist hu wieħed essenzjali f’soċjetà demokratika.

Dan minħabba li mingħajr il-ħidma tal-ġurnalisti, il-poplu ma jistax jinżamm infurmat dwar dak li qed iseħħ fil-pajjiż. L-IĠM fisser li anke l-Gvern jeħtieġ l-appoġġ u l-għajnuna tal-ġurnalisti biex iwassal il-messaġġ lill-poplu tiegħu.

Il-Gvern ħabbar diversi miżuri biex jgħin lill-ħaddiema li qed jintlaqtu ħażin fiċ-ċirkostanzi attwali tal-pajjiż. Intqal li sfortunatament, mhux ċar jekk il-ġurnalisti, inkluż dawk il-fotografi freelancers li jaħdmu għal rashom u naqsilhom ħafna x-xogħol, hux se jibbenefikaw minn dawn il-miżuri u b’liema mod.

Meta l-parti l-kbira tal-postijiet tax-xogħol huma magħluqa minħabba x-“shutdown parzjali”, ordnat mill-awtoritajiet tas-saħħa, r-reklamar fil-gazzetti u l-mezzi tax-xandir qed jonqos b’mod drastiku. Barra minn dan, minħabba li ħafna nies qed jobdu l-ordnijiet u r-rakkomandazzjonijiet u jibqgħu d-dar, anke l-bejgħ tal-ġurnali naqas.

Dan se jfisser nuqqas ta’ dħul għal media houses li jimpjegaw magħhom ġurnalisti u għalhekk l-impjieg jew id-dħul tal-ġurnalisti tagħna jinsab fil-periklu.

F’ittra li l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin bgħat lill-Prim Ministru, appella lill-Gvern biex jassigura li l-ħaddiema kollha fil-qasam tal-ġurnaliżmu, inkluż il-freelancrs, igawdu mill-miżuri finanzjarji mħabbra mill-Gvern u li xogħolhom ikun protett.

Fi stqarrija dwar din l-ittra, l-IĠM qal li l-parti l-kbira tal-postijiet tax-xogħol huma magħluqa minħabba x-“shutdown parzjali”, ordnat mill-awtoritajiet tas-saħħa, r-reklamar fil-gazzetti u l-mezzi tax-xandir qed jonqos b’mod drastiku. Barra minn dan, minħabba li ħafna nies qed jobdu l-ordnijiet u r-rakkomandazzjonijiet u jibqgħu d-dar, anke l-bejgħ tal-ġurnali naqas.

L-IĠM qalet ujkoll li f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, partikolarmnet fl-Ewropa, l-ġurnalisti kollha, inkluż il-freelancers, qed isibu għajnuna mill-gvernijiet rispettivi tagħhom, biex fiċ-ċirkostanzi attwali dawn il-ħaddiema jibqa’ jkollhom dħul biex jgħixu ħajja diċenti huma u l-familji tagħhom.