L-IĠM b’apprezzament lejn il-Korp tal-Pulizija, l-FAM, u s-Servizzi Sigrieti

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) wera l-apprezzament tiegħu lejn il-Korp tal-Pulizija, il-Forzi Armati ta' Malta u s-Servizz tas-Sigurtà bl-appoġġ ta' esperti barranin għall-arrest u r-resqien il-Qorti tas-suspettati ewlenin bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fi stqarrija ntqal li l-fatt li l-akkużati tressqu tard ilbieraħ billejl huwa xhieda tal-ewwel pass fi triq biex isseħħ ġustizzja.
L-IĠM żied jgħid li dan il-fatt jibgħat ukoll messaġġ qawwi ta' difiża favur il-libertà tal-istampa.
Temm jappella lill-Gvern biex jikkunsidra pieni eħrex fil-konfront ta' min jinstab ħati ta' xi delitt, attakk jew theddid fil-konfront tal-ġurnalisti, kif ukoll biex minnufih jibdew diskussjonijiet li għandhom iwasslu biex f'każi bħal dawn tingħata l-protezzjoni xierqa.
Ritratt: Ian Noel Pace