L-iffriżar tal-embrijuni jsir legali – 34 vot favur u 27 kontra

Read in English.

Il-Parlament approva it-tielet qari tal-abbozz ta’ ligi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni b’34 voti favur u 27 vot kontra.

Il-membri tal-Oppożizzjoni kollha vvutaw kontra l-liġi. Dan wara d-dikjarazzjoni mill-Kap tal-Oppożizzjoni li kien se jħalli lid-deputati tiegħu jivvutaw skont il-kuxejnza bi free vote.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li n-naħa tal-Gvern “kienet kompatta” wara li dan is-suġġett kien parti mill-programm elettorali tal-Partit Laburista li ġie vvotat mill-maġġioranza tal-Maltin. Il-Ministri Helena Dalli u Carmelo Abela u d-deputat Laburista Edward Zammit Lewis għan-naħa tal-Gvern flimkien mad-deputati Nazzjonalisti Toni Bezzina u Clyde Puli kienu assenti waqt li l-ħin tal-votazzjoni għax imsefrin fuq xogħol.

Fit-tieni qari, il-Parlament alloka seba’ seduti għad-dibattitu li ħadu sehem fih mhux inqas minn 40 deputat miż-żewġ naħat tal-Kamra. Fi stadju ta’ kumitat, il-Gvern irrinunzja għall-introduzzjoni tal-kiri tal-ġuf

Il-Ħadd li għadda, tliet għaqdiet li jopponu l-liġi – LifeNetwork Foundation, Gift of Life u l-Unborn Child Movement  qajjmu dubju li l-liġi tista’ tmur kontra l-Kostituzzjoni waqt laqgħa mal-President tar-Repubblika. Madankollu l-Avukat Ġenerali ta parir lill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li dan ma kienx il-każ u għalhekk il-Gvern kompla bil-pjanijiet tiegħu.