L-ID card ġdida diffiċli tikkuppjaha

Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza Alex Muscat saħaq li bl-elementi li se jkun fiha l-karta tal-identità l-ġdida se jkun diffiċli li tkun iffalsifikata.

Meta kien qed jitkellem waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, Muscat qal li din il-karta tal-identità se tkun qed tagħmel użu mill-aħħar teknoloġija.  Hu spjega li se jkun fiha ċippa inviżibbli u elementi ta’ sigurtà oħra li jagħmluha diffiċli li tiġi fabbrikata.

Dwar it-tnedija tal-ID il-ġdida, huwa qal li għall-kuntrarju għal dak li ġara fl-2014, min ma skaditlux m’għandux għalfejn imur ibiddel l-ID card.