L-ibħra fi sfidi bla preċedent – Farrugia

DOI - Jeremy Wonnacott

L-isfidi mingħajr preċedent li qed jaffaċċjaw l-ibħra tagħna jirrikjedu azzjoni urġenti, skont il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Ambjent qal li Farrugia indirizza laqgħa tal-proġett HARMONY, iniżjattiva tal-Interreg Italia-Malta mmirat biex itejjeb il-protezzjoni tal-biodiversità tal-baħar.

Farrugia faħħar il-kooperazzjoni bejn Malta u l-Italja f’dan il-proġett.

Intqal li l-proġett “jimmira għal sett ta’ miżuri ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll bejn l-Italja u Malta sabiex iwassal għal fehim aħjar tal-ekosistema tal-baħar li taħdem f’kuntest transkofinali. Se jkun qed jiżviluppa azzjonijiet u miżuri integrati biex jissuġġerixxu pjanijiet ta’ ġestjoni ta’ siti ta’ Natura 2000 u habitats relatati mal-integrità tal-baħar u speċi mhux indiġeni.”

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) hi waħda mill-imsieħba Maltin f’dan il-proġett.