L-ibburdjar u ċ-ċess se jiġu mgħallma lit-tfal f’Għawdex

L-ibburdjar u ċ-ċess huma fost id-dixxiplini ġodda li se jiġu mgħallma lit-tfal Għawdxin fl-‘On the Move SkolaSport’.
Dan ħabbru l-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo, hekk kif ta d-dettalji tal-open day li se ssir nhar is-Sibt li ġej fil-port tal-Imġarr f’Għawdex, dwar l-ibburdjar għat-tfal.
L-attività hi fuq inizjattiva tal-Gozo Youth Sailing Club, li bejn l-10.00am u l-4.00pm, se jkun qed jistieden tfal bejn it-8 u s-16-il sena biex jitħajru jieħdu sehem f’dan l-isport f’Għawdex.
L-ibburdjar se jiżdied mad-dixxiplini sportivi mgħallma waqt ‘On the Move SkolaSport’ wara li l-Imperial Gozo Yacht Club gawda minn iktar minn €40,000 mill-Ministeru għal Għawdex permezz tal-iskema ta’ Eko-Għawdex għall-għaqdiet.
B’dawn il-flus inxtraw dinghies, dgħajjes li jintefħu, ġkieket tas-sigurtà u tagħmir edukattiv li jgħin għat-taħriġ tat-tfal u ż-żgħażagħ.
Il-Ministru Anton Refalo qal li minbarra dan, l-assoċjazzjoni tat-tennis offriet is-servizz tagħha, u issa anke ċ-ċess se jiġi mgħallem wara li l-Islovakkja, li hi l-organizzatriċi ta’ tournaments internazzjonali, offriet li tgħallem il-logħba f’Għawdex. 
Ritratt: MGOZ – George Scerri