L-‘Humanae Vitae’ ssalva ż-żwiġijiet, qal l-Isqof ta’ Minneapolis

L-Isqof Awżiljaru Andrew Cozzens, tal-Arċidjoċesi ta’ f’sensiela ta’ laqgħat dwar l-Humanae Vitae tkellem dwar il-ħsara li l-kontraċezzjoni artifiċjali għamlet lil ħafna koppji u familji b’kuntrast mal-benefiċċji li wieħed jimxi mat-tagħlim tal-Knisja.

F’laqgħa ma koppji żgħażagħ fil-Bażilika a’ Santa Maria l-Isqof stieden lil dawk li kienu qed jisimgħuh biex jikkunsidraw x’suppost li ġiebet magħha r-rivoluzzjoni sesswali  u dak li verament ħalliet. “Staqsu lilkom infuskom, ‘Kienet xi ħaġa kbira din l-idea li s-sess mhux xi ħaġa serja, li ma jġibx il-periklu tat-tqala u hu biss espressjoni tal-imħabba għal xi persuna – din l-idea tat ir-riżultati li s-soċjetà tgħid li tat?”

F’taħdita oħra fil-Knisja ta’ San Stiefnu, l-Isqof Cozzens qal li l-prattika tal-kontraċezzjoni artifiċjali kienet marbuta direttament maż-żjieda fin-numru ta’ divorzji filwaqt li koppji li ma użawhiex kellhom ċans akbar li jibqgħu flimkien.

Il-parroċċa ta’ San Stiefnu għandha iċ-Ċentru Sagrada Famiglia li jipprovdi għajnuna u appoġġ lilll-koppji li jridu jużaw l-ippjanar naturali tal-familji tagħhom.  L-Isqof irrifletta dwar kif inbidlet id-dinja fl-aħħar 50 sena minn meta ħarġet l-imsemmija Enċiklika tal-Beatu Pawlu VI li kkonfermat il-projbizzjoni tal-kontraċezzjoni artifiċjali.

L-‘Humanae Vitae’ fiha dik li ħafna jqisu bħala tagħlim kontroversjali tal-Knisja, imma għall-Isqof Cozzens dan hu fost l-aktar tagħlim importanti tal-Knisja Kattolika.

Il-kundanna tal-kontraċezzoni artifiċjali hi xi ħaġa li tagħmel lill-Kattoliċi ‘radikali ħafna’. “Aħna ningħarfu li Kattoliċi mid-dikjarazzjoni tagħna li l-kotraċezzjoni hi moralment ħażina”, qal l-Isqof filwaqt li nnota li ħafna denominazzjonijiet insara ma għadhomx isostnu dan. Filwaqt li għal ħafna hu diffiċli li jżommu ma’ dan it-tagħlim, jekk ma nisimgħux it-twissija profetika tal-Papa Pawlu VI, se jkompli jiżdied il-mard soċjali bħall-abort, it-tqala mhux mixtieqa, it-tkissir taż-żwieġijiet u d-divorzju.