L-HSBC UK Contact Centre jiċċelebra l-10 anniversarju tiegħu f’Malta

L-HSBC UK Contact Centre (UKCC) qed jiċċelebra l-10 snin anniversarju tiegħu matul l-2016, u jelenka deċennju  ta’ suċċess, ħolqien ta’ xogħol u opportunitajiet ta’ karrieri f’Malta.
Iċ-Ċentru ta’ Kuntatt fis-Swatar kien inawgurat uffiċjalment fl-20 ta’ Novembru 2006 mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Lawrence Gonzi fil-preżenza tal-eks Chief Operating Officer ta’ HSBC UK David Budd.
Meta ntlaqgħet l-ewwel telefonata mir-Renju Unit mill-customer service agents f’Malta, l-għan kien li jitħaddmu 250 impjegat. Madankollu, illum-il ġurnata ċ-Ċentru ta’ Kuntatt jimpjega 450 persuna li tul is-snin kisbu reputazzjoni għall-eċċellenza fil-qadi ta’ xogħlhom lejn il-komunità filwaqt li ċ-Ċentru kontinwament jattira l-aħjar nies f’Malta biex jingħaqdu mat-tim.
Bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-10 snin anniversarju, l-HSBC UKCC qed jagħti rikonoxximent speċjali lil dawk l-impjegati li ilhom jaħdmu hemm għal numru ta’ snin u organizza attivitajiet għall-impjegati kollha.
Il-kalendarju tal-attivitajiet jaħseb ukoll fir-responsabbiltà lejn il-komunità fejn permezz ta’ għadd ta’ attivitajiet li saru matul is-sena nġabru iktar minn €15,000.
Jeżistu opportunitajiet tajbin meta persuna tingħaqad mal-HSBC UK Contact Centre Malta u tkun parti minn tim rebbieħ. Aktar tagħrif  dwar dawn l-opportunitajiet jinkiseb mis-sit: www.hsbc.com.mt/careers. Persuna tista’ tibgħat kopja tas-CV, irrispettivament mill-età tagħha, lil: malta.recruitment@hsbc.com.