L-HSBC se taħdem minn 5 postijiet biss

Il-Bank HSBC ħabbar li se jkun qed joffri s-servizzi minn ħames postijiet li jinkludu l-Belt Valletta, il-Mosta, Tas-Sliema, Raħal Ġdid u r-Rabat, Għawdex.

Fi stqarrija hija ħabbret li qed tagħmel dan biex tibqa’ tassigura l-aħjar servizz għall-klijenti filwaqt li tgħin lill-impjegati tagħha li l-familji tagħhom intlaqtu bil-miżura tal-għeluq tal-iskejjel.

Filwaqt li ħeġġeġ biex anqas nies jagħmlu użu mill-branches, il-Bank fakkar lill-klijenti biex jagħmlu użu mill-karti tal-Kreditu u Debitu, mill-Mobile App, mis-servizzi tal-Internet u l-magni tal-ATMs.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn