L-HSBC se jnaqqas 180 ħaddiem

Read in English.

L-HSBC ikkonferma se jkun qed inaqqas in-numru ta’ impjegati b’180. Dan tħabbar fi stqarrija li fiha l-bank qal li l-iskema volontarja tal-irtirar ingħalqet.

Fil-pjan strateġiku li tħabbar ix-xahar li għadda, l-bank qal li se jkun qed jiffoka iktar fuq is-servizzi bankarji diġitali, filwaqt li jkompli jaħdem biex il-fergħat jiġu mmodernizati.

Wara li l-iskema volontarja tal-irtirar li tħabbret ix-xahar li għadda, ġiet fi tmiemha, il-bank se jkun qed jikkomunika mal-impjegati tiegħu.

Fil-31 ta’ Diċembru meta tgħalaq is-sena finanzjarja l-bank se jkun qed iħallas madwar €16-il miljun f’ristrutturar tal-bank. Fl-istqarrija, il-bank spjega iżda li fi snin li ġejjin huwa se jkun qed igawdi minn din in-nefqa.

L-HSBC sostna li minkejja li se jnaqqas il-ħaddiema huwa se jibqa’ wieħed mill-ikbar impjegaturi f’Malta.

Aġġornata (2): HSBC se jagħlaq 9 fergħat

F’Ottubru li għadda l-bank ħabbar numru ta’ azzjonijiet li se jkun qed jieħu bħala parti mill-pjan strateġiku. Fosthom wieħed isib li se jingħalqu b’kollox tmien fergħat madwar Malta. Il-fergħat jinsabu f’Birżebbuġa, Bormla, il-Fgura, il-Ħamrun, Wied il-Għajn, San Ġiljan u San Pawl il-Baħar.

“Issa aħna l-anzjani x’se nagħmlu?” – klijent tal-HSBC tal-Ħamrun

Il-bank se jkun qed iżomm is-servizz ta’ ATM u deposit machines f’dawn il-lokalitajiet. Intant, il-fergħat ta’ Ħal Balzan u ta’ Ħal Qormi se jingħalqu wkoll u s-servizzi tagħhom se jiġu trasferti għal fergħa innovattiva fl-uffiċċju prinċipali tal-bank f’Ħal Qormi.

Ma nistgħux nitkellmu – impjegati tal-HSBC