L-HSBC Mobile Banking App imfittex minn 15,000 klijent

L-App bankarja tal-HSBC permezz tal-mobajl tinkludi ħafna mill-istess faċilitajiet tal-pjattaforma bankjarja tal-HSBC fuq l-internet li dan l-aħħar kienet aġġornat biex, min irid, ikun jista’ jidħol fil-“Global View”.
Din tagħti aċċess lill-klijenti tal-HSBC għall-kontijiet li huma għandhom mal-HSBC f’pajjiżi oħra. Il-klijenti jistgħu wkoll jittrasferixxu fondi lil persuni oħra li għandhom kontijiet mal-HSBC, fosthom dawk li ma jużawx il-faċiltajiet bankarji bil-mobajl. Dan l-aspett hu wieħed uniku għax l-HSBC biss joffri din il-faċilità permezz tal-mobajl.
Clint Zammit minn Birkirkara, li jidher fir-ritratt jirċievi ġest ta’ €100 bħala l-15,000 klijent li niżżel l-App, esprima s-sorpriża u qal li “niżżilt l-App tard filgħaxija u bdejt nużaha mill-ewwel.  Ħadt gost għall-fatt li hi tassew faċli biex tużaha għax ippermettietli li nikkontrolla l-finanzi tiegħi x’ħin ridt.  Din tippermettili wkoll li nagħmel ċerti transazzjonijiet li kieku ma kienx għalhekk kien ikolli mmur f’xi fergħa tal-bank biex nagħmilhom.”
Il-Kap tar-Retail Banking & Wealth Management tal-HSBC Malta, Paul Steel qal: “Is-soluzzjoni diġitali tagħna bil-mobajl tintegra bla diffikultà fl-istil ta’ ħajja mgħaġġla tal-klijenti tagħna, u tippermettilhom iħaddmu flushom b’mod sempliċi, bla periklu u b’effiċjenza.”
L-app tal-mobile banking tal-HSBC Malta tista’ titniżżel fuq iPhone®, iPad® u Android™ smartphones. Biex jużaw l-app, il-klijenti l-ewwel ikunu jridu jkunu familjari mal-HSBC Personal Internet Banking. Il-klijenti jistgħu jirreġistraw għall-HSBC Personal Internet Banking li hu b’xejn fuq www.hsbc.com.mt.
Biex jagħmlu użu mill-app b’mod iktar konvenjenti, il-klijenti m’għandhomx għalfejn  jużaw l-Internet Banking Secure Key tagħhom. Fil-fatt, il-klijent jista’ juża password tal-għażla tiegħu jew tagħha permezz tal-Personal Internet Banking u sussegwentament ikun jista’ jidħol kważi fil-faċilitajiet tal-mobile banking kollha la darba jkun installaha fl-apparat tiegħu.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt .