L-HSBC mistenni jiffriża l-pagi għal din is-sena

Il-Bank dinji, HSBC qed jippjana li jiffriża l-pagi għal din is-sena.
Il-kumpanija fl-Ingilterra bagħtet imejl lill-ħaddiema tal-bank bil-miżuri biex tnaqqas l-infiq tagħha.
F’Ġunju l-kumpanija ħabbret lill-investituri tagħha li sal-2017 se tkun naqqset l-infiq b’€4.6 miljun.
Dak iż-żmien, l-HSBC kien ħabbar ukoll li se jnaqqas in-numru ta’ ħaddiema b’25,000 minn madwar id-dinja kollha, bi 8,000 minnhom se jintilfu fir-Renju Unit.
Il-ġgant bankarju qed jikkunsidra wkoll jċaqlaq il-kwartieri tiegħu ‘l bogħod minn Londra f’mossa biex ikompli jnaqqas mill-infiq tiegħu.